Coach's Corner -24.02.2007

Hbieb,

             Hassejt il-bzonn li ghandi nikteb dan l-artiklu lilkom, illum, lejliet il-bidu tat-tieni fazi tal-kampjonat 2006/2007.  Minn ghada ninghataw bidu ghal sensiela ta' ghaxar partiti fic-Championship Pool.  Mil-lum 'il hemm, l-objectives taghna ghall-istagun jiehdu xejra ohra, xejra li filwaqt li thallina saqajna ma' l-art, tehodna nippruvaw nilhqu ghanijiet li jistghu jwasslu t-tim taghna lejn post fil-kompetizzjoni fl-Ewropa.  Izda qabel xejn, nixtieq naghti rendikont ta' dak li sar sa issa, xoghol li wassalna biex nilhqu l-ewwel objective taghna ta' l-istagun, dak li nispiccaw ma' l-ewwel sitta. 

Nahseb li huwa fatt maghruf issa, li s-set-up li bnejna ghall-iskwadra taghna beda jaghtina l-frott mixtieq.  Fil-kampjonat lghabna 18-il partita, irbahna 10, gejna draw 3 darbiet, u tlifna 5. Skurjajna 41 goal u qlajna 18, u spiccajna fit-3 post. Ghamilna uzu minn 21 plejer, fosthom 4 barranin. Fit-Trophy, ghaddejna mill-ewwel zewg rounds b'zewg rebhiet kontra timijiet ta' l-Ewwel divizjoni, biex issa ninsabu wkoll fil-Kwarti tal-Finali. Bhala prestazzjonijiet, inhossni sodisfatt b'mod generali, ghalkemm nemmen li tlifna xi punti meta kien haqqna niehdu xi haga ahjar. Ma nistax ma nsemmix is-sapport kontinwu li kellna matul dawn il-loghbiet, u ta' dan nirringrazzjakom minn qalbi.

Stampa bhal din quddiemi, tkompli tqawwili qalbi u turini li dan il-progett li bdejna minn Jannar 2006, jista jibqa jaghtina l-frott, u l-holma tieghi, li nerga nara t-tim tal-Belt fil-mumenti glorjuzi, qieghda dejjem tersaq qrib. Il-Backing li nsib mill-Amministrazzjoni, mill-Plejers u mis-Supporters, iheggigni nahdem aktar u jkompli jimlini bil-kuragg biex nilhaq il-punt fejn nixtieq nasal. Pero minn issa 'l hemm, x'se jsir? Ghandna nkunu kuntenti li lhaqna l-objective ewlieni u daqshekk? Ghandna nahsbu li kbirna malajr u nibdew nippretendu li wasalna? Dawn il-mistoqsijiet, kollha ddiskutejthom mal-plejers u anke ma' l-ufficjali tal-klabb, u nhoss li ghandi naqsamhom ukoll maghkom. Minn issa 'l hemm ghandna noholqu objectives ohra ghal dan l-istagun, objectives realistici, objectives li b'hafna xoghol bil-ghaqal, ikunu jistghu jintlahqu.  Ghandna nibqghu nahdmu ma' l-iskwadra bil-mod serju, organizzat u dixxiplinat, li bdejna bih fil-bidu ta' dan is-set-up. L-objectives taghna ghall-kumplament ta' dan l-istagun se jkunu li nippruvaw niksbu post fl-Ewropa. 

Ghandna 2 kompetizzjonijiet quddiemna, fejn ghandna nippruvaw naslu li nimpruvjaw il-pozizzjoni taghna fil-league meta kkomparata ma' l-istagun li ghadda, u ghandna nippruvaw inkompli l-mixja pozittiva taghna fit-Trophy.  It-triq li ghandna quddiemna mhix wahda facli, u rridu nkunu organizzati u ppreparati tajjeb minn kull lat. Jien nemmen hafna li tim rebbieh irid ikollu tliet elementi principali tajbin. Irid ikollu skwadra dedikata maghmula minn elementi pozittivi, Amministrazzjoni b'sahhitha u organizzata, u Supporters li jistghu jkunu n-nifs tat-tim fit-tajjeb u l-hazin. Issa dehlin fi zmien iebes, zmien li kull tmiem il-gimgha se nkunu qed nilghabu Cup Tie. Zmien ta' 10 partiti fil-league u 3 partiti tat-Trophy. Irridu nkunu lesti ghal dan il-perjodu li gej, u rridu nkunu ppreparati biex ma nkunux biss bahrin tal-bnazzi. It-tim ikollu bzonnha dejjem, izda l-izjed meta jkun f'diffikulta. Nahseb li tifhmuni meta nghid li jien l-izjed persuna li nghix mal-plejers taghna, kemm minhabba l-hin li nqattghu nittrenjaw flimkien, kif ukoll minhabba l-hin l-iehor li jien nghaddi mal-plejers f'attivitajiet formali jew informali. Jigifieri hawn irrid ninftiehem sew, u perswaz li hafna minnkom irrealizzajtu li x-xelta tal-plejers li jigu uzati fil-partiti, jiddependi minn hafna elementi, bhall-istat tal-plejer matul dik il-gimgha partikulari, it-tim oppost, it-tattika uzata, u hafna ohrajn. 

Jien nemmen li ghandna nibqghu nsostnu lil dan it-tim taghna u nghinuh jikber izjed. L-ewwel loghba fis-sensiela ta' loghob li ghandna fic-Championship Pool hi dik kontra B'Kara, Dan l-istagun iltqajna diga darbtejn ohra ma' dan it-tim, u rnexxielna nohorgu rebbieha fiz-zewg okkazzjonijiet, bl-ahhar wahda tkun dik ta' hmistax ilu b'wirja eccezzjonali. Perswaz li B'Kara huma avversarji denji, anke ghar-rebh tal-kampjonat, u qed nistenna li tkun partita ohra difficli. Pero jien ghandi fiducja fil-plejers taghna u f'dak kollu li ppreparajna ghal din il-partita. Ninsab cert li l-akbar nifs taghna se tatuhulna intom is-Supporters. Qed tkunu dejjem it-tnax-il ragel taghna fil-pitch, Bikom warajna inhossuna aktar b'sahhitna. Dejjem taghkom

Paul Zammit - Coach